Ftit jiem wara l-bidu tas-sena l-ġdida tkompla x-xogħol għat-tħejjijiet għall-junction tal-Marsa. Minn kmieni t-Tlieta filgħodu bdiet titwaqqa’ it-tieni fabbrika li hemm fi Triq Aldo Moro. Dan ix-xogħol segwa t-twaqqiegħ tal-fabbrika BIM li kienet tinsab fl-istess triq.