Rapport tal-aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar l-ambjent ipoġġi lil Malta fost l-iktar pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li għandhom baħar nadif.
B’97.7% ta’ 87 bajja mistħarrġa f’Malta ingħataw marka ta’ eċċellenti. Biex Malta sabet postha fil-quċċata ma’ Ċipru u l-Lussemburgu li għandhom riżultat perfett.
Interessanti kif numru ta’ pajjiżi fil-Mediterran għandhom ammont sostanzjali ta’ bajjiet b’riżultati foqra, kif tindika wkoll it-tabella hawn taħt. Fosthom hemm l-Italja u Franza.