Kien proprju dalgħodu li tħabbret il-mewt ta’ omm il-preżentatur Alfred Zammit, Helen.
Kienu bosta messaġġi li tħallew fuq il-midja soċjali dwar l-imħabba li kien hemm bejn l-omm u binha Alfred, b’ħafna persuni juru d-dispjaċir li ħassew x’ħin semgħu b’din l-aħbar.
Helen ġiet deskritta bħala mara mimlija mħabba, li dejjem kienet lesta biex tgħin, ġenwina u mara maħbuba minn kulħadd.
L-aħħar tislima se tkun qed tingħata nhar l-Erbgħa li ġej fil-parroċċa ta’ San Duminku l-Belt Valletta, fit-8:30 ta’ filgħodu.
F’isem it-tim kollu ta’ ONE News, nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja kollha.