Jeżistu biżgħat ta’ diżastru ambjentali fl-East China Sea hekk kif tanker kompla jnixxi ż-żejt jumejn wara li ħabat ma’ vapur tal-merkanzija.
Uffiċjali Ċiniżi qalu li l-bastiment huwa fil-periklu li jisplodi u jegħreq. Persuni ta’ salvataġġ li ppruvaw jilħqu s-sit kienu qed jiġu megħluba minn sħab tossiċi.
Intant, il-membri tal-ekwipaġġ, tletin Iranjan u żewġ persuni mill-Bangladexx għadhom irrapurtati nieqsa minkejja l-isforzi ta’ salvataġġ anke internazzjonali.