L-eks strateġista tal-President Amerikan Donald Trump, Steve Bannon ipprova jbiddel dak li qal fosthom dwar l-akkuża fil-konfront ta’ Trump Junior bi tradiment lejn pajjiżu.
Hawnhekk kien qed jirreferi għal laqgħa li saret f’Ġunju tal-elfejn u sittax bejn iben Trump u grupp ta’ Russi. Minkejja dan, Bannon qal li hu kien qed jakkuża bi tradiment lil Paul Manafort, persuna li wkoll kien viċin ħafna Donald Trump.
Dan il-ktieb ħareġ fi żmien meta s-Senat, il-Kamra tar-Rappreżentanti u Kunsill speċjali kollha qed jinvestigaw l-allegazzjonijiet ta’ indħil Russu fl-elezzjoni Presidenzjali.