Żewġ persuni ngħataw il-libertà proviżorja wara li ġew mixlija li serqu raġel f’għalqa f’Burmarrad.
Sharlon Abela t’erbgħa u għoxrin sena u Tarek Khodir ta’ tlieta u għoxrin sena ġew akkużati li f’Ottubru ta’ sentejn ilu ħebbew għal Mario Vella u talbuh il-flus.
Allegatament iż-żewġ akkużati serqu ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti.