Koppja anzjana ddahlu l-isptar Mater Dei għall-kura hekk kif parti mid-dar tagħhom inħakmet minn nirien fis-siegħat bikrin tal-Ħadd filgħodu.
Il-kaz seħħ ġewwa residenza privata fi Triq Manwel Dimech f’Ħal Għaxaq. Sorsi fuq il-post tal-inċident qalulna li allegatament il-kawża tan-nirien kienet xemgħa li tħalliet taqbad waħdedha.
Fuq il-post issejjħu diversi membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien.
L-istess sorsi qalu, li l-anzjani laħqu inħarġu mit-tifel tagħhom stess. Miżura li possibbilment salvat ħajjet ż-żewġ anzjani.
L-anzjani ttieħdu l-isptar Mater Dei minħabba dħaħen li belgħu waqt li kienu għadhom jinsabu fir-residenza. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.
Ir-rapport dwar l-inċident qex jitħejja mill-Pulizija tad-Distrett.