F’ilma kiesaħ silġ għadd ta’ irġiel qabżu fix-xmara tal-Bosforu biex jaqbdu salib tal-injam.
Din hija tradizzjoni tal-Epifanija hekk kif il-Knisja Kristjana Ortodossa fl-Lvant tal-Ewropa fi tmiem din il-ġimgħa qed tiċċelebra l-Milied tradizzjonali tagħha.
Din it-tradizzjoni antika hija meqjusa bħala waħda importanti għall-Ortodossi hekk kif jingħad li s-salib ibierek l-ilma.
L-Epifanija hija festa ferm iċċelebrata fl-Ewropa kollha u kull ma jmur qed iżżid fil-popolarità tagħha.