90 student universitarju huma fost aktar minn elf persuna li ġew arrestati minn meta bdew id-dimostrazzjonijiet kontra l-gvern li bdew ix-xahar li għadda fl-Iran.
Mahmoud Sadeghi qal lill-Aġenzija tal-Istudenti fl-Iran li bosta mill-istudenti ma kienux involuti fil-protesti. Membru Parlamentari ieħor qal li huma ġew arrestati bħala prekwazzjoni u li se jkunu qed jinħelsu dalwaqt.
Minn tal-inqas 21 persuna nqatlu fil-protesti li saru madwar l-Iran dwar l-istat tal-ekonomija.