Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Rex Tillerson saħaq li hu qatt ma kellu dubji fuq l-istat mentali tal-President Donald Trump.
Dan wara l-ippubblikar ta’ ktieb mimli allegazzjonijiet fuq il-President tal-Istati Uniti.
Tillerson li dwaru kien hemm għajdut qawwi li kisirha bil-kbir ma’ Trump, saħaq li se jibqa’ fil-kariga tant importanti li jokkupa, għall-inqas din is-sena.
L-allegazzjonijiet saru fost oħrajn dwar it-tifel ta’ Trump – bil-ktieb jgħid li kien preżenti għal laqgħa mar-Russi fit-tentattiv li jgħinu lil missieru jirbaħ l-elezzjoni Presidenzjali.
Il-ktieb jirrakonta ukoll li Donald Trump deher sorpriż meta rebaħ il-Presidenza tal-Istati Uniti.
L-Avukati tal-President Amerikan,ippruvaw iwaqqfu l-pubblikazzjoni ta’ dan il-ktieb bl-isem ta’ Fire and Fury: Inside the Trump White house mill-pinna ta’ Michael Wolff.
Madanakollu, dan l-attentat rriżulta fin-negattiv hekk kif il-ktieb jinsab fuq l-ixkafef tal-ħwienet tal-kotba.
Bil-ktieb jinkludi mal-mitejn intervista.