Ajruplan li kien għadu kemm niżel f’Toronto fil-Kanada ġie evakwat wara li ntlaqat minn ajruplan ieħor.
Ajruplan tal-linja tal-ajru WestJet b’mija, tmienja u sittin passiġier u sitt membri ta’ ekwipaġġ kien qed jistenna struzzjonijiet mit-torri tal-kontroll meta intlaqat minn ajruplan tal-linja Sunwing.
Dan tal-aħħar ma kien qed iġorr l-ebda passiġġier.
Fl-ajruport deher ħiereġ xi nar fuq wara tal-ajruplan tas-Sunwing filwaqt li n-nies abbord l-ajruplan tal-WestJet dehru joħorġu miż-żrieżaq tal-emerġenza.
Kelliem għall-kumpanija tal-ajru WestJet spjega kif ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.