Tħabbret il-mewt ta’ Isqof Malti Monsinjur Emmanuel Barbara f’Malindi fil-Kenja.
L-isqof Barbara miet fl-eta ta’ tmienja u sittin sena.
Huwa ddedika ħafna minn ħajtu fuq xogħol pastorali fil-Kenja.
Sadanittant fid-disgħa u nofs ta’ dalgħodu, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann se tingħata l-aħħar tislima lill-Isqof Monsinjur Francis Adeodato Micallef.
Fl-eta’ ta’ disgħa u tmenin sena, l-Isqof Micallef miet nhar il-Erbgħa.
Huwa serva bħala Vigarju Appostoliku għall-Kuwajt.