Hija komuni. M’għandekx tippanikkja. L-OCD hi diżordni ta’ ansjeta’ fejn persuna tbati minn ossessjonijiet jew imġieba kompulsiva, jew inkella; it-tnejn flimkien. Ossessjonijiet huma ħsibijiet li jdejqu u jiddisturbaw lill-persuna u jibqgħu hemm minkejja li jippruvaw jikkontrollaw dawn il-ħsibijiet.
Il-maġġoranza tan-nies ikollhom diversi ħsibijiet persistenti iżda jirnexxielhom jinsewhom u jkomplu b’ħajjithom. L-ossessjonijiet l-iktar komuni huma relatati ma’ impulsi aggressivi, biża’ ta’ kontaminazzjoni jew ħmieġ, il-ħtieġa li kollox ikun f’ċertu ordni u simetrija, tqassim ta’ l-affarijiet fuq skrivanija jew fil-karozza, tqassim tad-desktop fuq il-kompjuter, ħsibijiet ossessivi u diversi oħra.
Jeżisti wkoll it-trattament f’pajjiżna li tinkludi medicina jew interventi psikosoċjali li jistgħu jgħinu lil dawn l-individwi biex jikkontrollaw din il-kundizzjoni. Medicina Jistgħu ukoll jintużaw antidepressiċi, antipsikotiċi jew it-tnejn flimkien dejjem bil-preskrizzjoni tat-tabib tiegħek. Terapija effettiva ħafna hija dik li tissejjaħ Cognitive Behavioural Therapy (CBT) li tgħin u tipprova tbiddel il-ħsieb u l-imġieba tan-nies imsejħa OCD. Tista’ wkoll tkellem lit-tobba fil-kliniċi tal-Gvern għal aktar tagħrif.