L-avukati tal-President tal-Istati Uniti, Donald Trump kitbu lill-eks strateġista tiegħu, Steve Bannon, jgħidulu li kiser ftehim ta’ materjal sensittiv.
Bannon qed ikun akkużat b’difamazzjoni tal-president meta tkellem mal-awtur Michael Wolff.
Il-ktieb ta’ Wolff jiddeskrivi lill-President bħala mhux imħejji għall-irwol tiegħu.
Trump irrisponda għal dan billi qal li Bannon tilef rasu wara li tilef il-pożizzjoni tiegħu fil-White House.
L-avukati tiegħu qalu li Bannon kiser il-ftehim tax-xogħol tiegħu billi tkellem ma’ Wolff dwar Trump u l-familja tiegħu.
Intant, skont il-ktieb il-ġdid li mistenni jiġu ppubblikat, Donald Trump inħasad bir-rebħa elettorali tiegħu, ma gawdiex l-inawgurazzjoni tiegħu u kien jibża’ mill-White House.