Erba’ persuni tilfu ħajjithom u għexieren oħra ndarbu wara inċident b’ferrovija fl-Afrika t’Isfel.
Il-każ seħħ f’Kroonstad meta l-ferrovija ħabtet ma’ vettura. Qed jingħad li abbord kien hemm numru ta’ turisti. Il-paramediċi qalu fuq Twitter li ndarbu madwar 40 persuna.
L-ewwel rapporti sostnew li x’aktarx kien hemm madwar 100 persuna midruba, b’diversi ritratti jittellgħu fuq il-midja soċjali tal-ferrovija taqbad bin-nar.