Għall-ħabta tal-16:15 il-Pulizija daħlilha rapport li qed taqbad residenza f’Ta Ġiorni. Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex ikunu jistgħu jikontrollaw in-nirien.
Fil-ħin tal-inċident kien hemm anzjan ta’ madwar 80 sena li sofra xi ġrieħi sakemm irnexxielu joħroġ mir-residenza affetwata. Fuq il-post issejħet ambulanza b’tim mediku fejn ħadu lill-anzjan l-isptar.
Sorsi fuq il-post qalu lil one.com.mt li x’aktarx in-nar żviluppa minn electric blanket ġol-kamra tas-sodda.