Żewġ persuni ttieħdu l-isptar wara ħabta f’Ħal-Farruġ. Allegatament l-inċident seħħ hekk kif karozza tat-tip Skoda misjuqa minn raġel ta’ 25 sena mis-Somalja kellha impatt ma karozza tat-tip Peugeot li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni opposta minn tfajla ta’ 19-il sena minn Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post issejħu żewġ ambulanzi b’tim mediku fejn ħadu lill-vittmi l-isptar Mater Dei għall-kura. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.
Fuq il-post issejħu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex iferrxu r-ramel fuq ammont sostanzjali ta’ żejt li nxtered fit-triq. Ir-rapport qed jitħejja mill-Pulizija tad-distrett.