Kien bidu tas-sena xejn feliċi għall-fundatur ta’ ALS Malta Bjorn Formosa hekk kif kawża tal-kundizzjoni qerrieda, saħħtu kull ma jmur qed tkompli tmur lura. Fi status fuq Facebook huwa kiteb li qed ikun kostrett juża l-magna li tassistih fin-nifs għal għoxrin siegħa kuljum u issa wkoll qed jinfaraġ ta’ sikwit.
Huwa qal li filwaqt li ra ħafna nies imutu minħabba l-marda tal-ALS, issa x’aktarx imiss lilu. Kompla jgħid li miraklu biss irid ikun biex it-trattament iħalli effett fuqu.
Minkejja dan kollu Bjorn awgura messaġġ pożittiv għas-sena l-ġdida filwaqt li stqarr li jixtieq lil dawk li se jħalli warajh ikomplu fuq dak li beda hu.