Aktar qabel: Il-ħames ċkejknin li twieldu fl-ewwel sitt sigħat tas-sena l-ġdida, tliet subien u żewġt ibniet, taw sorpriża liema bħalha lill-ġenituri tagħhom, hekk kif l-ebda mill-ħames koppji ma kienu qed jistennewhom li jaslu llum.
Karl Gauci Wright kien l-ewwel tarbija li fetaħ għajnejh u laqa’ lill-2018 fl-Isptar Mater Dei.Ħamsin minuta wara nofsillejl, Doris żammet f’idejha lit-tieni wild tagħha, li bħal ta’ qablu wkoll huwa tifel.
Siegħa u nofs wara, fis-02:13, twieled Sam Cauchi, l-ewwel wild għal ommu Alice.
Żewġ minuti biss wara, fis-02:15, twieled Mathias Cassarino. L-ewwel wild għall-koppja.
L-ewwel tifla li twieldet fl-2018 hija ċ-ċkejkna Ellie, li fit-02:55 tat sorpriża lil ommha u missierha.
Tliet sigħat wara, fis-sitta ta’ filgħodu, twieldet Isabella. B’din ukoll tkun l-ewwel esperjenza għal ommha Alexandra, li hija mir-Rumanija.
Biex f’lejl impenjattiv fis-sala tal-maternita, u f’temp ta’ sitt sigħat, l-Isptar Mater Dei laqa’ ħamest itrabi.