Fuq is-sit soċjali tiegħu, il-Whip tal-Gvern, Godfrey Farrugia, tella’ ritratti tal-invit li bagħtet it-tarzna ta’ Palumbo biex tistniedu għaċ-ċelebrazzjoni tas-sitt anniversarju tagħha.
“B’riseptt lejn ir-residenti tal-Kottonera u ta’ madwar…erġajt bgħattlu lura l-invit.”
Riċentament kien hemm diversi kwistjonijiet bejn Palumbo u r-residenti tal-madwar, biż-żewġ partijiet jispiċċaw il-Qorti minħabba l-istorbju li, allegatament, ġej mill-istess tarzna, b’din tal-aħħar tiġi illiberata minn kull akkuża.