Il-vjolenza qed tiddomina u teskala fil-protesti kontra l-Gvern li qed isiru f’bosta bliet Iranjani.
Numru ta’ persuni sofrew ġrieħi kkawżati minn sparaturi.
Bosta filmati juru protestanti jagħtu n-nar lil vetturi tal-Pulizija u attakki fuq binjiet tal-Gvern.Dawn il-protesti qed ikunu deskritti bħala reazzjonijiet għall-ikbar nuqqas ta’ qbil fil-pajjiż sa mill-2009.
Biex jidher li d-dimostranti njoraw it-twissija tal-Ministru tal-Intern tal-Iran dwaar “laqgħat illegali”.
Fl-isfond ta’ dawn il-protesti, stqarrija mill-White House qalet li l-Iranjani ddejqu bil-korruzzjoni tar-reġim u bil-mod kif qed jinħela l-ġid tan-nazzjon biex ikun iffinanzjat it-terroriżmu.