Proġett imsejjaħ ORIG-AMI fi Brussell qed jipprovdi tined tal-kartun lil nies mingħajr saqaf fuq rashom.
It-tined jistgħu faċilment jinfetħu u jingħalqu, u huma ħfief biżżejjed biex wieħed jista’ jġorrhom fuq dahru bla problemi meta jiċċaqlaq minn post għall-ieħor.Fil-kapitali Belġjana, tined normali mhux permessi li jkunu armati fit-toroq, allura dan il-proġett għandu l-mira li jagħti post sikur għal dawk bla saqaf fuq rashom fejn ikunu jistgħu jqattgħu l-lejl.
Kelliema għall-proġett qalu li t-tined tal-kartun se jkunu aċċettati mill-Pulizija Belġjana.
Il-kartun li qed jintuża qed jingħata bħala donazzjoni minn fabbrika tal-kartun, filwaqt li t-tined jinħadmu f’workshop f’ħabs fil-pajjiż.
Fi Brussell hemm mal-2,600 persuna bla saqaf fuq rashom li jsibu kenn fit-toroq kuljum.