Jiġu kkundannati 2 Albaniżi ta’ 20 sena wara li lbieraħ inqabdu jużaw karti ta’ identitá Taljani foloz.
Bil-każ ippresedut mill-Maġistrat Joe Mifsud, l-Albaniżi Behar Doci u Arlind Doci, weħlu sentenza ta’ xahar ħabs u apparti dan, ser jitkeċċew minn Malta wara li jiskontaw din is-sentenza.
Il-koppja ġiet mixlija mill-Ispettur Mario Haber li kienu qed jużaw dan il-karti tal-identitá folox bl-ismijiet, Enrico Gambi u Salvatore Russo.