Kienu mijiet ta’ persuni li rħewlha lejn Kastilja biex jirċievu l-awgurju tal-Ewwel tas-Sena mill-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat u s-Sinjura Michelle Muscat. Minn tfal, għal adulti u anzjani, kienu kollha jistennew ħerqana biex jiltaqgħu mal-Prim Minisru u s-Sinjura Muscat għal din l-opportunita’ sabiħa.
Kien illum il-Prim Ministru Joseph Muscat u s-Sinjura Michelle Muscat laqgħu lill-pubbliku fil-Berġa ta’ Kastilja bejn l-16:15 u 17:45 biex jawguraw lil xulxin fl-okkażjoni tas-sena l-ġdida.