FROWZINN – il-pantomima mtellgħa din is-sena fl-Istitut Kattoliku mill-Kumpanija Teatru Rjal.
Pantomima li tul dawn l-aħħar sbatax il-sena kienet imfittxija minn bosta Maltin.
Il-Produttur ta’ din il-Pantomima Pawlu Testa jispjega x’ jispika fil-Pantomima ta’ din is-sena li rat tibdil kbir, dan biex minkejja li jinżamm dak tradizzjonali, ikun hemm inovazzjonijiet li jiġbdu n-nies minn sena għal sena.
Testa spjega s-sinifikat u t-tifsira tal-pantomima ta’ din is-sena bil-battuti politiċi tal-preżent jagħmlu din il-pantomima fost l-aktar popolari fil-gżejjer Maltin.
Pantomima dejjem iddur mad-Dama li tkun meqjusa bħala r-reġina tal-ispettaklu.
Iżda d-Dama ta’ din il-pantomima, x’ irwol għandha din is-sena? Id-Dama spjegatilna li l-irwol tagħha hu bħala Ms Love li tiġi l-karattru prinċipali u l-mara ta’ Olaf l-isnowman.
Waħda mir-regoli tal-Pantomima hija l-frażi marbuta mad-Dama – frażi li tgħaqqad l-udjenza mal-atturi u l-karattri fuq il-Park.
Il-Pantomima bdiet nhar is-sbatax ta’ Diċembru u tibqa’ sejra sal-ewwel ġimgħat ta’ Jannar fil-5,6, 7, 13 u 14 ta’ Jannar.