Fl-età ta’ 68 sena, mietet l-attriċi u stilla ta’ “The Sound of Music” Heather Menzies-Urich – li fil-film kellha l-irwol ta’ Louise Von Trapp.
L-attriċi u mudella Kanadiża kienet iddijanjostikata b’kanċer f’rasha erba’ ġimgħat ilu, u ħalliet din id-dinja lejlet il-Milied.
Binha kien kkwotat jgħid li ommu “kienet attriċi, ballerina u kienet tħobb il-ħajja”.Heather kellha 15-il sena meta ħareġ il-film lura fl-1965. Film li matul is-snin rebaħ 10 Oscars.
Għalkemm ħadet sehem f’films oħra matul ħajjitha, hija baqgħet magħrufa l-aktar għall-irwol ta’ Louisa Von Trapp f'”The Sound of Music“.
L-attriċi żżewġet lil Robert Urich fl-1975, li miet fl-2002.
Fost dawk li sellmu l-memorja ta’ Heather kien hemm Kym Karath – li fil-film kellha l-irwol ta’ Gretl.
I am filled with infinite sadness tonight. My precious friend and SOM sister Heather Menzies passed away this evening. Devastated.
— Kym Karath (@KymKarath) December 25, 2017
We Mourn the Loss of Heather Menzies-Urich… https://t.co/dpuHJBoBWD pic.twitter.com/V3YqfNSCO3
— The Sound of Music (@SoundofMusic) December 25, 2017