Raġel u mara jgħodduha b’waħda hekk kif qabdet pultruna fl-appartament tagħhom. L-inċident seħħ fi Triq Domenico Cachia f’Birkirkara.
Fuq il-post marru numru ta’ pumpiera mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mmexxijin minn Peter Paul Coleiro u Anthony Pisani fejn fi ftit ħin mill-wasla tagħhom, irnexxielhom jikkontrollaw in-nirien.
Minkejja li n-nirien intfew f’ħin qasir il-pumpiera baqgħu fl-appartament sakemm niżżlu l-pultruna u vventilaw l-appartament mid-dħaħen li kien hemm.
L-abitanti tal-appartament flimkien ma Pulizija tar-Rapid Intervention Unit kellhom bżonn kura medika minħabba dħaħen li belgħu.
Kien għalekk li ġie msejjaħ tim mediku mmexxi mit-tabib Dr Jonathan Joslin fejn taw l-kura neċessarja lill-persuni fuq il-post tal-inċident.
L-investigazzjoni qed titmexxa mill-Pulizija tad-distrett ta’ Birkirkara.