Il-President Palestinjan Mahmoud Abbas qal li m’hu se jaċċetta l-ebda pjan tal-Istati Uniti għall-paċi mal-Iżrael, wara li l-Istati Uniti rrikonoxxa lil Ġerusalemm bħala l-kapitali tal-Iżrael.Il-kummenti tiegħu waslu wara li l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda vvutat kontra d-dikjarazzjoni kontroversjali ta’ Washington.
F’dawn l-aħħar xhur, Washington kienet qed tħejji pjan ġdid ta’ paċi, iżda ma kienu żvelati l-ebda dettalji.
Sadanittant, żewġ Palestinjani nqatlu fi ġlied ma’ suldati tal-Iżrael, hekk kif kien hemm protesti ġodda kontra l-istatus ta’ Ġerusalemm.