Il-Pulizija tal-Indja arrestat raġel wara li allegatament ħaraq mara ħajja waqt argument.
Sandhya Rani ta’ 25 sena kienet fi triqitha lejn id-dar meta ġiet attakkata.
Kienu diversi persuni li ppruvaw jgħinuha iżda sfortunatament mietet fi triqitha lejn l-isptar.
Qed jingħad li l-akkużat, Karthik Vanga ta’ 28 sena, sa ftit xhur ilu, kien kollega tagħha.