Il-mexxej separatist Katalan Carles Puigdemont iddikjara li l-istat Spanjol tilef f’elezzjoni reġjonali bikrija.
Fi Brussell, fejn jinsab f’eżilju, Puigdemont iddeskriva r-riżultat bħala rebħa għar-repubblika Katalana. Partiti separatisti se jkollha maġġornaza iżgħar u b’distakk inqas fl-assemblea l-ġdida.
Madankollu, il-Partit taċ-Ċittadini, li jrid li Katalunja jibqa parti semi-awtonoma ta’ Spanja, huwa l-ikbar partit.
Għaldaqstant, għadu mhux ċar min se jingħata d-dritt li jifforma gvern.