Proġetti ġodda b’rabta mal-Life Sciences Park mistennija joħolqu impjiegi għal madwar 400 persuna. Il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona qal dan meta żar il-Park f’San Ġwann.
Stqarr li l-Malta Life Sciences Park qed ikompli jiġbed l-attenzjoni ta’ diversi investituri li jaħdmu fil-qasam tax-xjenza u l-innovazzjoni, filwaqt li investituri potenzjali ġodda qed ikunu miġbuda lejn pajjiżna.
Dalgħodu delegazzjoni Ċiniża mmexxija mill-Viċi Ministru Ċiniża għal kummerċ Gao Jong, żaret il-Malta Life Sciences Park. Dan hekk kif intemmet iċ-China Joint Commission on Trade and Economics Corporation.