14:43 – Peter Caruana Galizia temm ix-xhieda tiegħu.
Il-Kumpilazzjoni ġiet aġġornata għal għada fl-10:00am.
14:32 – Dr. Peter Caruana Galizia qal li dak in-nhar tal-Ispluzjoni hija kella appuntament l-HSBC minħabba xi problemi li kellha f’ xi kontijiet. Filwaqt li c-cheque book ħadietu minħabba li riedet tħallas il-karozza mikrija għandha wara li tlesti mill-appuntament tagħha l-HSBC.
14:30 – Beda jixhed ir-raġel ta’ Daphne Caruana Galizia – Dr. Peter Caruana Galizia.
Huwa qal kif il-Ħadd filgħodu ġeneralment imur dawra bir-rota, meta ġie lura martu maret tixtri l-gazetti u tieħu kafe Palazzo Pariso.
Huma ftehmu li wara l-kafe Peter u Daphne jmorru l-Furjana, filwaqt li Matthew ħa l-karozza ta’ ommu u mar għal rasu.
Il-Karozza tal-vittma hemmhekk kienet ipparkjata fil-Parking tat-Trade Fair tan-Naxxar. Matthew minkejja li kien miftiehem magħhom biex imur il-Furjana, ċemplilom u qallu li mhux sejjer għax mhux qed iħossu tajjeb.
X’ ħin waslu lura d-dar huma ma’ sabu l-ħadd, dan hekk kif Matthew mar jgħum Ta’ Sliema
Nhar id-delitt – Dr. Peter Caruana Galizia qal li ħareġ kmieni mid-dar u l-mara ma’ rahiex. Huwa qal li kien ibnu l-ieħor Andrew li daħal fl-uffiċċju legali ta’ Caruana Galizia u qalu biex imorru l-Bidnija.
X’ħin wasal fuq il-post Caruana Galizia – qal li staqsa lill-Ispettur Kurt Zahra jekk martu kinitx mietet – bl-Ispettur Zahra jwieġbu IVA.
14:18 – Waqt l-interrogazzjoni kien Vince Muscat il-Koħħu li ma’ aċċettax li jittiħidlu d-DNA, dan hekk kif l-aħwa Degiorgio aċċettaw.
Vince Muscat il-Koħħu ta d-dettalji tiegħu u ma tkellem xejn iżjed, Alfred Degiorgio wieġeb biss – li mhux se jwieġeb, filwaqt li George ċ-Ċiniż lanqas fetaħ ħalqu biex jagħti d-dettalji tiegħu, fejn huwa ppreżenta biss il-karta tal-identita’.
14:10 – Il-Pulizija kellmet ukoll persuna ta’ sess feminili li wkoll rat l-isplużjoni sseħħ quddiem għajnejha. L-Ispettur Zahra qal li ġew mitkellma wkoll in-nies li rrappurtaw fuq il-112 l-isplużjoni, fosthom persuna li kienet niezla mill-Mosta għal Burmarrad – fejn skont l-arloġġ tar-raġel il-ħin kienu 2:57pm.Fix-xhieda tiegħu mal-inkjesta Dr. Peter Caruana Galizia qal li martu ma’ kelliex rutina, u filfatt il-pulziija talbet lill-familjari biex jaraw fejn jinsab il-laptop.
Matthew qal li hu kien qed jaħdem flimkien ma’ ommu fl-istess kamra qabel id-delitt madankollu ma’ jafx jekk il-laptop ħaditux magħha.
It-tifel tal-vittma qal kif ommu ħarġet u reġgħet daret lura minħabba li nsiet ic-cheque book.
L-Ispettur Zahra qal kif meta kienu qed jitkellmu max-xhieda – kien qed isir ix-xogħol fuq it-telefonija.
B’referenza għall-operazzjoni ta’ nhar l-4 ta’ Diċembru l-ispettur Zahra qal li hu flimkien mal-Ispettur Arnaud kien responsabbli mit-tinda tal-patata.
Huwa kien responsabbli mill-attakk fuq in-naħa tal-baħar, fejn l-ewwel li ma’ raw kienu lil Alfred Degorgio imbagħad lil Vincent Muscat, fejn ġew arrestati mill-Pulizija fuq l-art.
It-tfittxijiet saru wkoll fl-imħażen faċċata tat-tinda fejn instabu għadd ta’ rregolaritajiet li qed jiġu investigati b’mod apparti.
Taħt it-tinda l-Pulizija talbu għaċ-ċwievet tal-istess tinda u ta’ kamra li tinsab fit-tinda.
Saru żewġ tfittxijiet fid-dgħajjes tal-aħwa Degiorgio, fejn imbagħad ittieħdu fil-kontroll tal-Pulizija.
14:00 – F’Settembru li għadda l-karozza li kienet qed tuża l-vittma daħlet għat-tiswija, minħabba li kienet involuta f’ ħabta. Il-vettura ġiet irranġata f’garaxx fl-Imrieħel. Hekk kif it-tellar ma’ kienx fil-garaxx tiegħu fil-ħin li l-aħwa Fenech tal-Percius waslulu l-karozza tal-vittma, u eventwalment iċ-ċavetta ġiet mitfugħa f’bieb ta’ garaxx ħazin.
Ingħad li ċ-ċavetta ngħatat lura lit-telar ftit tal-jiem wara li din ingħatat il-persuna l-ħażina, wara li d-daqqa ttellgħet din il-karozza għaddiet għand l-isprayer fejn eventwalment mal-karozza kienet qed iddur ukoll l-ispare key.
Il-Kumpanija Percius ħalliet lura l-karozza tal-vittma fil-Bidnija.
13:52 – L-Ispettur Zahra żied jgħid li ta struzzjonijiet biex Matthew Caruana Galizia jispjega eżatt fejn mar lejlet id-delitt bil-karozza ta’ ommu.
Filfatt Matthew, Daphne u Peter maru jieħdu kafe’ min-Naxxar lejlet id-delitt. Matthew imbagħad uża l-karozza li splodiet il-Bidnija fejn imbagħad ipparkajaha n-naħa ta’ barra tad-dar ta’ Caruana Galizia.
L-Ispettur Kurt Zahra flimkien mal-Ispettur Keith Arnaud fil-preżenza tal-Maġistrat Vella nhar is-17 t’ Ottubru marru jkellmu lill-familjari fid-dar tagħhom.
L-Ispettur kompla jgħid kif inġabru għadd ta’ filmati ta’ CCTV u anke inġabret l-informazzjoni tas-sidien tal-għelieqi.
Nhar il-21 t’Ottubru 2017 il-Prim Ministru kien ħabbar dwar ir-reward ta’ miljun ewro, fejn il-pulizija skattat b’ operations room sabiex dak li jkun ikun jista’ jersaq lejn il-Pulizija bl-informazzjoni li jkollu.
Zahra qal kif ġew mitkellma persuni mill-kumpanija Percius – fejn fost oħrajn ġie mitkellem ċertu wieħed Mario Fenech li spjega li kienet kriet karozza fi Frar u bidlitha f’Ġunju, dan hekk kif kienet setagħmel leasing ta’ ħames snin bin-numri PQZ 668. Il-karozza nxtrat mingħand Michael Attard Ltd u filfatt iċ-ċavetta oriġinali tawha lill-vittma, filwaqt li l-ispare key inżammet msakkra fl-uffiċċju ta’ Alexander Fenech fejn l-aċċess kien restritt għal tlett min-nies, iżda fl-istess uffiċċju ġieli jidħlu xi klijenti.
13:41 – L-Ispettur Zahra beda jispjega kif sar jaf b’dan l-omiċidju u kif ukoll iddeskriva x-xena tar-reat x’ ħin wasal fuq il-post. Huwa qal kif din kienet ilha mikrija għand il-vittma mit-18 ta’ Ġunju ta’ din is-sena. Hija kien ilha tikri karozzi mingħand il-Percius sa minn Frar li għadda.
L-Ispettur Zahra qal kif fuq il-post sab lil iben il-vittma – Matthew Caruana Galizia – fejn qallu li hu kien id-dar, ommu kienet ħarġet ftit tal-minuti qabel seħħet l-isplużjoni. Huwa qal li meta seħħet l-isplużjoni kien qed jaħdem fuq il-laptop fis-sular ta’ fuq tad-dar.
Caruana Galizia qal li huwa sar jaf li ommu kienet fil-karozza sploduta għal fatt li kienet ħarġet ftit tal-minuti qabel u għaraf il-head cups tar-roti tal-karozzi.
L-Ispettur qal li kien hemm oħt il-vittma iżda ma setax ikellimha minħabba l-istat li kienet fih.
Zahra sostna li sar jaf li Matthew Caruana Galizia kellu argument ma ċertu wieħed Mario Vella li allegatament beda jiġbed xi ritratti, b’ Caruana Galizia jiġi fl-idejn ma’ Vella.
Aktar tard ġie fuq il-post ir-raġel tal-vittma – Peter Caruana Galizia, fejn Zahra nfurmaħ li martu kienet mejta fil-karozza.
L-Ispettur Kurt Zahra ta struzzjonijet lill-Pulizija biex dak il-ħin jibdew jiġbru xi dettalji ta’ nies fuq il-post. Huwa qal li fost l-aktar xhieda importanti kien Frans Sant li ra l-isplużjoni sseħħ quddiemu, fejn qal li ra persuna ta’ sess feminili fi stat ta’ paniku fil-karozza.
Fix-xhieda tiegħu mal-Ispettur Zahra qal li l-karozza aċċellerat fl-għalqa.
L-Ispettur Kurt Zahra qal li xhieda oħra importanti kienet ta’ persuna li toqgħod fl-inħawi tal-kiri u li kienet ilha tiġi osservata għal tul l-aħħar tlett ġimgħat.
Apparantament il-persuna fil-karozza kienet tkun biss bilqiegħda, jew inkella karozza vojta. Dan ir-raġel qal li l-karozza dehret fid-disa’ ta’ filgħodu, fin-nofsiegħa ta’ wara nofsinhar u għal ħabta tas-sagħtejn.
Minħabba li dan ir-raġel ma’ kienx jaf ir-reġistrazzjoni kollha inħolqot taskforce sabiex tiġi stabilita din il-karozza. Din il-karozza kienet tkun fejn instab is-sigarett li eventwalment ġie stabbilit li huwa ta’ Alfred Degorgio l-Fulu.
Ix-xena tar-reat ġiet ippriservata għal tul ta’ żmien għal fatt li ried jasal il-kontinġent ta’ investigaturi barranin.
13:40 – Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit reġgħet lura fl-Awla u beda jixhed l-Ispettur Kurt Zahra mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali
12:30 – Is-seduta waqfet għal xi ħin hekk kif il-Maġistrat se tkun qed tikteb digriet biex tiddeċiedi dwar il-kundizzjonijiet li qed jinżammu fihom l-akkużati.
Is-seduta mistennija terġa’ tibda fis-13:30.
12:27 – Skont id-difiża li qed tagħmel referenza għax-xhieda tal-Assistent Direttur tal-Ħabs, il-kundizzjonijiet li fihom qed jinżammu t-tlett akkużati m’humiex daqstant tajbin għalkemm tranġaw.
Dr. Philip Galea Farrugia l-Assistent Avukat Ġenerali qal li skond ir-regoli tal-UNHCR l-istat li fihom qed jinżammu l-imputtati huma fil-perimetri u meqjusa tajba.
Madankollu d-difiża qed tilmenta mill-fatt li dawn qed jiġu trattati differenti minn priġunieri oħra anke jekk għadhom innoċenti.
Skont id-difiża dawn it-tlett imputtati qed iġibu ruħhom sew fil-ħabs.
George Degorgio ċ-Ċiniż għadu kif kellem lill-Avukatessa Martha Mifsud fejn spjegala x’ inhu jdejjaqhom. Degiorgio kontinwament qed jirreaġixxi għal dak kollu li qed jgħid l-Assistent Avukat Ġenerali. Minkejja li tul dawn l-aħħar ħames darbiet fl-Awla l-imputati dehru kwieti ħafna, dwar is-suġġett tal-kundizzjonijiet qed jitkellmu bejniethom u jipprotestaw filwaqt li jitkellmu mal-Avukati tagħhom. Alfred Degiorgio l-Fulu għadu kif qal li ser jibda strajk tal-ġuħ.
12:25 – Il-Midja reġgħet ġiet imsejħa lura fl-awla hekk kif l-Assistent Direttur tal-Ħabs spiċċat ix-xhieda tagħha.
11:55 – Se tibda tixhed l-Assistent Direttur tal-Ħabs minħabba talba tad-difiża dwar il-kundizzjonijiet li fihom qed jinżammu l-imputati fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Fuq talba tal-Assistent Avukat Ġenerali Dr. Philip Galea Farrugia x-xhieda tal-Assistent Direttur tal-Ħabs se tinstema’ fil-magħluq, dan minħabba li skont hu mhux ta’ nteress pubbliku.
Filfatt id-difiża tenniet ukoll kif l-Assistent Direttur tal-Ħabs għandha tixhed fil-liberta’ kollha u għalhekk qablet mat-talba.
Il-Maġistrat talbet lill-midja biex toħroġ mill-Awla sakemm tingħata x-xhieda.
11:50 – L-Ispettur Keith Arnaud temm il-preżentazzjoni tax-xhieda tiegħu.
11:45 – Minn interċetazzjoni tal-mowbajl personali ta’ George Degiorgio ċ-Ċiniż sar magħruf li fil-jiem ta’ qabel id-delitt kien qed jgħid lil sħabu li kien sejjer jistad dakinhar tad-delitt.
Filfatt ftit tal-minuti wara d-delitt reġa’ kellu telefonata fejn lil sieħbu qalu qbadt żewġ ħutiet kbar u l-Ispettur Arnaud ikkonferma wkoll li bgħat messaġġ lis-sieħba tiegħu sabiex tiftaħlu flixkun inbid.
11:40 – L-Ispettur Keith Arnaud ippreżenta wkoll rappreżentazzjoni grafika tal-‘GSM Module’ li ntuża fil-Bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia. Filfatt fil-karozza sploduta nstabet l-antenna ta’ dan il-module.
Ħamest ijiem wara li tressqu il-Qorti għall-ewwel darba – ġie kkonfermat li s-sigarett li nstab fil-Bidnija – fiż-żona fejn hu maħsub li osserva kollox Alfred Degorgio kien filfatt tiegħu.
11:30 – L-Ispettur Arnaud beda jagħti rendikont dettaljat tal-mowbajl kollha li nstabu taħt il-baħar. U kif ukoll qal kif inġabru l-vetturi tal-aħwa Degorgio u ttieħdu fil-compound tal-Pulziija. It-tfittxija taħt it-tinda tlestiet tard wara nofsinhar. Huwa qal kif saret tfittxija wkoll fid-dar ta’ Alfred Degiorgio, filwaqt li l-karozza ta’ Vincent Muscat instabet fl-Imsida u hawnhekk din ittieħdet fil-kontroll tal-Pulizija wkoll.
Kien l-għada 5 ta’ Diċembru li bdiet l-interrogazzjoni tal-imputati fejn il-Pulizija tkellmet ma’ terzi persuni. Fiflatt wieħed minnhom kien dak li bgħat it-top up tal-kreditu lil George ċ-Ċiniż.
Filfatt ittieħed ukoll kampjun tad-demm mill-aħwa Degiorgio, iżda Vincent Muscat għażel li ma jagħtix il-kampjun.
L-Interrogazzjonijiet ittieħdu b’Awdjo Viżwali – fejn dawn ġew ippreżentanti lill-Qorti. Arnaud qal li Vince Muscat ma’ kkoperax mal-Pulizija filfatt baqa sieket.
Min-naħa tiegħu George Degiorgio għażel li ma’ jgħajjatx Avukat għal waqt l-interrogazzjoni, dan ukoll ma’ tkellimx waqt l-interrogazzjoni anqas biex jagħti d-dettalji tiegħu.
Alfred Degiorgio qal mal-Ispetturi Arnaud u Zahra li ma jweġibx għal mistoqsijiet li kienu qed isirulu waqt l-interrogazzjoni.
Mistoqsija komuni li l-Ispetturi staqsew lit-tlett imputati kienet – ‘Għala qtiltu lil Daphne Caruana Galizia? – imma min-naħa tagħhom l-akkużati ma’ wieġbux.
11:20 – L-operazzjoni bdiet għall-ħabta tat-8:00 ta’ filgħodu fejn it-tlett imputati nstabu kollha fit-tinda tal-patata fil-Marsa, preżenti kien hemm ukoll l-Ispettur li qed jixhed Keith Arnaud. Kien Arnaud li nforma l-imputati li huma arrestati u wara r-raġuni għaliex arrestati.
Dak il-ħin fl-istess tinda nstab ukoll mowbajl li kien fi tliet biċċiet mal-art, u filfatt imbagħad irriżulta li kien il-mowbajl li juża Alfred Degiorgio li jispiċċa 8493.
Waqt li kien qed jimmanettja lil George Degiorgio – l-Ispettur Arnaud qal li nnotta numru tal-mowbajl miktub fuq id l-imputat.
Hawnhekk l-Ispettur Arnaud beda jiddeskrivi x-xena tal-arrest, huwa spjega li preżenti għall-arrest kien hemm rappreżentant ukoll mill-EUROPOL.
Huwa qal kif inġabret ħafna evidenza minn din it-tinda u xi kmamar fiha, kif ukoll saru tfittixijiet fil-preżenza tat-tlett akkużati.
Fil-baħar ta’ ħdejn it-tinda nstabu tmien mowbajls, fosthom dak użat minn Vince Muscat – 7219, u nstabu żewġ mowbajls oħra li kien juża George Degiorgio personali 3741, u nstab ukoll n-numru li jispiċċa 8824 li kien f’ sikronizzazzjoni ma’ dak ta’ George Degiorgio dakinhar tad-delitt.
L-ispettur Arnaud qal kif barra t-tinda kien hemm żewġ vetturi tal-aħwa Degiorgio fosthom Audi u Mercedes, huwa kkonferma li ċ-ċwievet tagħhom instabu fuq iż-żewġ imputati.
11:10 – L-Ispettur Arnaud qal li kien fit-15:15 ta’ wara nofsinhar li d-dgħajsa MAYA bdiet dieħla lura fil-Marsa wara li din għamlet xi ħin wieqfa taħt il-Port il-Kbir.
Dakinhar tad-delitt jiġifieri meta George ċ-Ċiniż kien fuq id-dgħajsa, in-numri li jispiċċaw 8823 u 8824 dejjem imxew flimkien fuq il-baħar, jiġifieri dawn kienu fuq l-istess dgħajsa l-ħin kollhu.
L-Ispettur Arnaud qal li saret ukoll investigazzjoni tan-numri personali tal-imputati jiġifieri li jispiċċaw 3741 ta’ George ċ-Ċiniż, 8493 ta’ Alfred l-Fulu u 7219 ta’ Vince l-Koħħu
Filfatt ġie kkonfermat kif in-numru li jispiċċa 8824 kien ikun dejjem f’sinkoronizazzjoni man-numru personali ta’ George Degiorgio li jispiċċa 3741 anke meta kienu fuq il-baħar. Filfatt l-FBI kkonkludiet li l-mowbajl personali ta’ George jiġifieri t-3741, flimkien mal-8824 u 3752 (li minnu ntbagħat l-SMS) kienu dejjem f’sinkronizzazzjoni dakinhar tad-delitt.
Madankollu kien hemm istanzi fejn in-numri 8820, 8823 u 8824 kienu flimkien il-Bidnija, iżda imbagħad in-numri personali tal-imputtati ma’ dehrux f’din il-lokalita’ dakinhar jew ma kienx hemm sinjal spjega l-Ispettur Arnaud.
Dak il-lejl tal-każ l-8820 u 8823 kienu l-Bidnija fejn f’ istanzi Alfred u Vince kienu l-Bidnija wkoll.
Fl-4:30am waqaf il-kuntatt tal-mowbajl personali ta’ Alfred Degiorgio 8493 l-Bidnija li mbagħad reġa’ beda jidher kważi 20 minuta wara l-isplużjoni.
Jidher li n-numru 8820 għal ħafna drabi kien f’sinkronizzazzjoni ma’ dak ta’ Alfred Degiorgio 8493. Iżda jidher li n-numru 8820 kien jagħmel ħafna drabi wkoll il-Bidnija, fil-jiem ta’ qabel id-dellitt. Madankollu l-aħħar darba li n-numru personali ta’ Alfred Degiorgio kien il-Bidnija kien lejlet id-delitt għax imbagħad jidher li ntefa.
In-numru ta’ Vince Muscat 7219 kien ikun xi drabi l-Bidnija.
L-Ispettur Arnaud qal li l-investigaturi avżaw lill-Maġistrat Inkwirenti nhar it-2 ta’ Diċembru biex jinħareġ il-Warrant tal-Arrest tat-tlett imputati. Filfatt l-operazzjoni ġiet ippreparata għal nhar l-4 ta’ Diċembru filgħodu. Filfatt il-Pulizija ntbagħtu wkoll ħdejn id-djar tal-akkużati 4 b’ kollox minħabba li wieħed minnhom għandu żewġt idjar.
10:40 – L-Ispettur Arnaud ippreżenta wkoll żewġ dokumenti oħra magħmula mill-Pulizija – fejn fost oħrajn wieħed minnhom jispjega eżatt it-tip ta’ mowbajls li ntużaw. Wieħed mil-mowbajls kien jintuża minn terza persuna oħra aktar kmieni din is-sena fejn hu mifhum li kienet kumpanija li xtrat lura dan il-mobile u reġgħet biegħtu.
It-tieni dokument ippreżentat mill-Ispettur Arnaud juri wkoll l-informazzjoni kollha tas-sinjali bejn in-numri tas-simcards imsemmija u wżati f’ din l-operazzjoni.
Żewġ simcards mit-tlieta ntużaw f’żewġ mowbajls differenti. Is-simcard l-oħra, jiġifieri dik li kienet fil-bomba, kienet tiġi ttopjata permezz ta’ SMS biex imbagħad tpoġġiet fil-bomba u ntbagħtu xi SMSs oħra.
L-ewwel telefonata ta’ George Degiorgio kienet fid-9:00 ta’ filgħodu sabiex dan jingħatalu l-kreditu fil-mowbajl li jispiċċa bin-numri 8824.
8820, 8823 u 8824 kienu tlett numri oħra li ntużaw sabiex George Degiorgio ċempel u eventwalment ingħatalu l-kreditu meta huwa kien fuq il-baħar.
Wieħed minn dawn il-mowbajls kien ikun ħafna mid-drabi fiż-żona ta’ San Pawl il-Baħar, iżda nhar is-sittax t’ Ottubru kien fl-istess lokalitajiet fejn kien in-numru li jispiċċa 4366, li minnu George Degiorgio bgħat l-SMS li attiva l-bomba.
In-numru li jispiċċa 8824 fis-1:46am tas-16 t’Ottubru dan il-mowbajl kien fiż-żona tal-Bidnija għax dak il-ħin irċieva telefonata min-numru jispiċċa 8820.
L-Ispettur Arnaud qal li dawn it-tlett numri ġew attivati nhar is-19 ta’ Awwissu ta’ din is-sena.
Hu mifhum li n-numri li jispiċċaw 8820 u 8823 kienu jkunu ħafna fiż-żona tal-Bidnija sa minn mindu ġew attivati.
In-numru li jispiċċa 8820 lura dakinhar tal-każ kien għamel telefonata lin-numru 8824 fil-ħin li fih tpoġġiet il-bomba fil-karozza tal-vittma.
Saru wkoll żewġ telefonati bejn in-numri 8820 u 8824.
In-numru 8820 kien l-ispotter fil-Bidnija u dan in-numru raqad fuq il-post għaliex meta tara l-attivita’ li bdiet fil-15 ta’ Ottubru dan intuża u baqa’ fil-Bidnija.
L-8820 u l-8824, li wieħed kien fuq il-baħar u l-ieħor il-Bidnija, għamlu kuntatt bejniethom fejn hu mifhum lill-isplużżjoni nstemgħet waqt din it-telefonata.
Filfatt l-Ispettur Arnaud qal li din it-teżi taqbel ma’ dik li qal iben il-vittma – Matthew Caruana Galizia – dan għaliex telefonata li saret ftit qabel it-15:00 waqfet u reġgħet saret oħra wara li damet. Hu mifhum li dik it-telefonata qasira li waqfet wara ftit sekondi hija x’ ħin il-vittma Daphne Caruana Galizia daħlet għac-Cheque Book.
In-numru li jispiċċa 8824 ma’ ntefiex wara l-isplużjoni iżda li baqa’ jimmarka fiż-żona tal-Marsa.
Kien fit-15:15 li l-lanċa MAYA bdiet dieħla fil-Marsa fejn il-ħinijiet fuq il-kameras ta’ Transport Malta qablu mal-lokazzjonijiet tas-Simcard li tispiċċa 8824.
10:39 – 99683752 kien in-numru tas-simcard li kien hemm fil-Bomba, fejn is-sinjal li permezz tiegħu ntbagħat l-SMS, kien minn lokazzjoni msemmija YMCA li hi fl-inħawi ta’ Dar il-Meditteran – minn fejn hu mifhum li George Degorgio ċ-Ċiniż bgħatt it-talli SMS lis-simcard fil-Bomba.
10:30 – F’ dokumenti li qed jippreżenta bħalissa l-Ispettur Keith Arnaud qed juri evidenza iswed fuq l-abjad kif is-SIM CARDs inkwistjoni ntużaw f’ din l-operazzjoni.
L-ispettur Arnaud kkonferma kif fis-1:41am nxtegħlet is-SIM Card li kien hemm fil-bomba fil-karozza ta’ Daphne Caruana Galizia – fejn kull siegħa din bdiet tibgħat sinjal lit-torri ċellolari. L_aħħar sinjal bejn is-SIM Card u t-torri kien l-SMS li bih ġiet skattata l-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia.
10:25 – L-Ispettur Keith Arnaud kompla jippreżenta iżjed ritratti lill-Qorti fosthom anke ta’ Torrijiet Ċellolari tal-kumpanija Vodafone, fejn sa issa hu mifhum li s-simcards użati sabiex ġiet skattata l-bomba kienu tal-Vodafone.
L-Avukat Andrew Borg Cardona poġġa wkoll fuq il-bankijiet tal-Avukati li qed jidhru parti ċivili għall-familja.
L-Ispettur Arnaud kompla jispjega iżjed teknikalitajiet ta’ kif jaħdmu l-kumpaniji ċelollari.
10:23 – L-ispettur Arnaud qal li l-isplussiv irriżulta li tpoġġa fil-karozza taħt is-seat tax-xufier, fejn dan ġie ddeterminat mill-esperti tal-Qorti u tal-Isplussiv. Huwa qal li fil-ħamrija nstab ukoll il-mowbajl tal-vittma, fejn minkejja li nstab maħruq xorta waħda esperti barranin qed jippruvaw jelevaw informazzjoni minnu.
10:20 – Fost ir-ritratti li ppreżenta, hemm immarkat fejn kienet ipparkjata l-karozza matul il-lejl kif indika iben il-vittma Matthew Caruana Galizia. Huwa qed jagħmel referenza għal iżjed minn darba għal filter tas-sigarett li nstab fuq il-post fejn hu maħsub li kien wieħed mill-akkużati li kien qed josserva ż-żona dak il-ħin tal-isplużjoni. Issa se jippreżenta tlettax-il ritratt ieħor li ttieħdu nhar it-tlettax ta’ Diċembru li għadda, fejn qal li l-Pulizija għamlet eżerċizzjoni mill-post fejn instab il-filter tas-sigarett, sabiex juru kemm id-dar tal-vittma tidher ċara mill-post li fiha nstab dan is-sigarett u anke fejn hu maħsub li qgħad wieħed mis-suspettati. Ritratti simili mbagħad inġibdu bil-kontra jiġifieri minn quddiem id-dar tal-vittma.
10:15 – Daħlet ukoll il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit filwaqt li minnufih beda bix-xhieda tiegħu l-Ispettur Keith Arnaud. Huwa beda jagħmel referenza għall-kontenut tal-bieraħ fejn beda jippreżenta wkoll xi ritratti mill-ajru u ritratti oħra fosthom tad-dar tal-vittma, tax-xena tar-reat u ritratti oħra taż-żona.
10:10 – It-tlett akkużati daħlu fl-Awla kalmi għall-aħħar u f’xi ħinijiet anke bi tbissima.
10:05 – Il-Prosekuzzjoni u kif ukoll id-difiża issa ħadu posthom quddiem xulxin. Filwaqt li kullħadd qed jistenna li jidħlu t-tlett akkużati u kif ukoll il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.
9:50 – L-awla bdiet tintela hekk kif bdew deħlin l-avukati diffensuri tal-akkużati jiġifieri Dr. Josette Sultana u Dr. Martin Fenech mill-għajnuna legali li qed jidhru għal George Degiorgio u Vince Muscat u kif ukoll Dr. William Cuschieri li hu l-avukat personali ta’ Alfred Degiorgio.
L-avukati tal-familja Dr. Therese Comodini Cachia u Dr. Eve Borg Costanzi daħlu wkoll fl-awla flimkien ma’ membri oħra tal-familja.
Daħal ukoll l-Assistent Avukat Ġenerali Dr. Philip Galea Farrugia.
09:45 – L-akkużati diġa’ qegħdin fil-Bini tal-Qorti madankollu għadhom ma’ daħlux f’awla numru seba’ fejn il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit mistennija tkompli tisma’ l-provi mressqa mill-Ispettur Keith Arnaud. Ilbieraħ l-istess Spettur qal li llum mistenni jdum madwar siegħa sabiex jippreżenta x-xhieda li fadallu. Fis-seduta tal-lum mistenni jixhed ukoll id-Direttur tal-Ħabs minħabba li lbieraħ id-difiża lmentat mill-kundizzjonijiet li fihom l-akkużati qed jinżammu fil-ħabs.
Issa fl-awla daħlu l-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra li flimkien qed imexxu l-prosekuzzjoni, u kif ukoll l-Avukat Jason Azzopardi li qed jidher parti ċivili għall-familja Caruana Galizia.
09:40 – Missier u Omm Daphne Caruana Galizia diġa’ jinsabu fil-Kurituri tal-Qorti – biex bħal ma’ għamlu fis-seduti preċidenti jisimgħu b’attenzjoni dak li jkun għaddej.
Filfatt huma issa daħlu wkoll fl-awla. Fl-istess awla diġa’ nġabru wkoll xi ġurnalisti.