Ferrovija li kienet qed tivvjaġġa għall-ewwel darba minn Seattle għal Orego f’Washington, fl-Istati Uniti, ħalliet 77 persuna midruba.
Dan wara li ż-żewġ vaguni ta’ quddiem tagħha, inqalgħu minn fuq il-linji, u wagħu minn fuq pont għal fuq triq. B’konsegwenza ta’ dan, spiċċaw biex tgħaffġu għadd ta’ karozzi.
L-għadd ta’ persuni midruba mistenni jogħla u x’aktarx hemm ukoll nies mejta li kienu passiġġieri fil-ferrovija. Intant, il-kumpanija kkonfermat li fuq il-ferrovija kien hemm 80 passiġġier u ħames membri tal-ekwipaġġ.
Il-Pulizija qalet li l-għadd ta’vittmi għadu mhux stabbilit, waqt li kkonferma li s’issa m’hemmx rapporti ta’ xufiera mejta. Dan minkejja li wħud minnhom indarbu meta l-ferrovija laqtet il-vetturi tagħhom.
Il-karreġġjati tat-triq jinsabu magħluqa hekk kif bħalissa għaddejja ħidma mill-ħaddiema ta’ emerġenza biex jingħataw kura l-persuni midruba f’dan l-inċident.