Il-kantant Geo Debono wasal lura Malta mit-Turkija fejn ħa sehem fis-seba’ edizzjoni tal-festival ‘Shining Star – International festival for Children & Youths’, li sar fit-teatru Leyla Gencer Opera Ve Sanat Merkezi f’Istanbul.
Geo irnexxielu jirbaħ is-sezzjoni bit-titlu “kantanti professjonali” għall-parteċipanti ta’ eta` bejn wieħed u għoxrin, u tmienja u għoxrin sena.
Fil-festival ħadu sehem 34 kantant minn disa’ pajjżi differenti li kieknu; Bulgarija, Malta, Litwanja, Turkija, Rumanija, Kazakstan, Russja, Ukrajina, u Moldova.
Geo ngħata premju mingħand Tolga Gurdil; il-President ta’ dan il-festival tant prestiġġjuż fit-Turkija.
Robert Cefai; s-Segretarju Ġenerali tal-WAFA (World Association for Festivals & Artists), akkumpanja lill-kantant Geo u kien ukoll il-Viċi President tal-ġurija internazzjonali, dan għall-fatt li kull kontinġent kellu l-ġurat tiegħu.
Geo Debono interpreta l-kanzuntetta tal-kantanta mibkija Whitney Houston “I Have Nothing” li tajjeb li wieħed jinnota li din l-interpretazzjoni ntlaqgħet tajjeb ħafna kemm mal-ġurija esperta, kif ukoll mal-udjenza.
Għal aktar informazzjoni tista żżur www.geodebono.com