Raġel ta’ 24 sena spiċċa b’widintu migduma f’ferrovija f’Londra wara argument dwar storbju li kien ġej mill-mowbajl.Ir-ragel ta’ 24 sena kellu jittieħed l-isptar wara li ġie migdum minn passiġġier ieħor waqt argument fuq il-ferrovija minn London Bridge għal Peckham Rye.
Skont il-Pulizija Ingliża tat-Transport, il-passiġġier qal li l-vittma u hu bdew jargumentaw jekk sieħeb il-vittma kienx qed jitkellem b’ton għoli hafna fuq il-mowbajl.