Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea qablu biex jinbeda l-fażi li jmiss għan-negozjati ta’ Brexit. Qal dan il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk.
Dan ifisser li t-taħdidiet jistgħu jgħaddu għar-relazzjoni fit-tul bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropa, jiem wara li Theresa May sofriet l-ewwel telfa tagħha fil-House of Commons.
Ir-rawnd ta’ taħdidiet li jmiss fuq ftehim transizzjonali għat-tmiem ta’ Brexit mistenni jibda fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla.
Intant, il-Kummissjoni Ewropea qalet li sar progress sinifikanti fuq l-ewwel fażi sabiex issa d-diskussjoni tkompli fuq ir-relazzjoni futura, inkluż kwistjonijiet ta’ sigurta’ u negozju.