Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Clint Camilleri dalgħodu qassam fondi lill-għaqdiet mhux governattivi, għaqdiet mingħajr profitt, li
jtejbu l-ħarsien tal-annimali, bħala rikonoxximent tal-isforz u l-kontribuzzjoni valida u effettiva li jagħmlu fis-settur. Dawn jinkludu s-santwarji tal-annimali, organizzazzjonijiet li jippromwovu t-trobbija responsabbli tal-annimali u jrawmu kuxjenza dwar l-annimali, kif ukoll gruppi li jipprovdu servizzi ta’ appoġġ għall-annimali.
B’kollox kien hemm tmien għaqdiet li bbenefikaw minn dawn il-fondi. L-għaqdiet li bbenefikaw huma: Animal Care Malta, Association For Abandoned Animals (AAA)
Stray Animals Support Group (SASG), National Cat Society, Gozo SPCA, St. Paul’s Bay Charity, Cats and Dogs Shelter u Birdlife Malta.