Raġel li jgħix barra, kwista €300,000 waqt li kien qiegħed iħuf madwar l-ajruport ta’ Charles De Gaulle fi Franza.
Dan ir-raġel li għandu madwar 50 sena, kien qiegħed iqalleb fil- bins tal-ajruport ta’ Pariġi biex isib x’jiekol u skopra bieb miftuħ. Fi stqarrija, l-Pulizija Franċiżi tennew li fil-filmati tas-sigurta dan ir-raġel jidher dieħel f’din il-kamra u joħrog jiġri b’żewġt basktijiet mimlijin flus.
Il-Pulizija għaddejin bit-tfittxijiet tagħhom għall dan ir-raġel li kien jgħix fit-toroq ta’madwar l-ajruport u li probabilment issa jinsab x’imkien il-bogħod igawdi l-flus li akkwista.