F’ċerimonja fil-Kwartieri Ġenerali tal- Pulizija numru ta’ ufficjali tal-Korp tal-Pulizija ingħataw midalja ta’ rikonoxximent għas-servizz tagħhom fi ħdan il-Korp tal-Pulizija. Minn 82 uffiċjal li inagħtaw din il-midalja 24 waqfu jaghtu s-servizz wara li rtiraw. Hemm 17-il ufficjal ingħataw midalja għal tmintax-il sena servizz, 37 uffiċjal ingħataw midalja għal 25 sena servizz u 28 uffiċjal ingħataw midalji wara 30 sena servizz, minn dawn 24 għadhom iservu fil-Korp tal-Pulizija.
Wara din iċ-ċerimonja l-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Dr Michael Farrugia mistenni jattendi għal ċerimonja simili fil-barracks tal-Forzi Armati f’Ħal-Luqa.