Għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħodu it-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia ddaħħlu fil-bini tal-Qorti bil-għan li tibda tinstemgħa x-xhieda fil-konfront tagħhom. Dawn kienu qed jiġu skortati minn numru ta’ karozzi tal-Pulizija fosthom vann tas-sezzjoni tal-Special Intervention Unit tal-korp tal-Pulizija.
Ftit aktar minn siegħa mill-wasla tagħhom ġewwa l-binja tal-Qorti, l-aħwa George u Alfred Degiorgio flimkien ma Vince Muscat daħlu ġewwa l-awla fil-Qorti. Preżenti għal din is-seduta hemm il-familjari ta’ Caruana Galizia