Donald Tusk twieled il-Polonja fl-1957. Huwa storiku u politiku iżda l-iżjed li jibqa’ magħruf huma għar-rwol tiegħu bħala President tal-Kunsill Ewropew, kariga li ilu jħaddan sa mill-2014.
Fl-1976 beda jistudja l-IStorja fl-Universita’ of Gdansk, spiċċa involut f’attivitajiet kontra r-reġim kommunist. Fit-tmeninijiet kien attivist fil-moviment klandestin “Solidarity.” Fl-1980 Tusk waqqaf l-Indipendent Students’ Association, parti minn Solidarity; filwaqt li fl-1983 nieda the Political Review, rivista klandestina li kienet timmpromwovi l-liberaliżmu ekonomiku u d-demokrazija.
Fis-snin disgħin, Tusk waqqaf u mexxa l-Liberal Democratic Congress, u serva bħala MP u Deputat Speaker tas-Senat. Fl-2001, kien wieħed minn dawk li bdew il-partit ċentrist Civic Platform Party, li Tusk beda minn jmexxi fl-2003. Bejn l-2007 u l-2014, Tusk kien Prim Ministru, l-iżjed Prim Ministru li dam iservi fil-Polonja demokratika u l-ewwel wieħed li reġa’ ġie elett. Tusk kien jappoġġja bis-sħiħ l-interragozzjoni politika u ekonomika mal-Unjoni Ewropea.
Donald Tusk ħadem fil-qrib ħafna mal-Gvern Malti, b’mod speċjali matul il-Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew fl-2017, bl-għan li jiġu identifikati l-miżuri politiċi u t-tħassib ewlieni li qed jaffettwa l-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjonijiet tal-migrazzjoni, is-Suq Uniku Ewropew, is-sigurta’, l-inklużjoni soċjali u l-politika marittimu. Tusk kien ukoll iċ-Chairperson tal-Malta Summit li sar fl-2017, bl-iskop li jitwaqqaf il-fluss ta’ migrazzjoni rregolari mil-Libja għall-Ewropa.