L-istaġun festiv fil-Port Ħieles, din is-sena ħa xejra differenti hekk kif 18-il impjegat minn diversi Dipartimenti, bnew siġra tal-Milied, snowmen, u slitta għal Santa Klaws, b’oġġetti li ssoltu jintremew.
L-impjegati ħaddnu l-kunċett ta’ riċiklaġġ u taw ħajja ġdida lil oġetti bħal tajers, pallets u injam.Numru t’impjegati tal-Port Ħieles ħadu sehem ukoll f’attività ta’ tindif f’Birżebbuġa – il-lokalità fejn jinsab il-Port Ħieles.
L-istess kumpanija tat erba’ kompjuters lill-Kunsill Lokali. Tnejn minnhom se jintużaw fil-librerija tal-lokal, u l-oħrajn fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum ta’ Birżebbuġa.