Int tuża Twitter?
Jekk iva, jinteressak tkun taf li se jinbidlu wħud mir-regoli. Fost oħrajn membri se jkunu jistgħu jżidu l-kontenut ta’ tweets tagħhom biex jinkludu stampi u filmati, mingħajr ma jużaw mill-limitu ta’ 140 ittra jew simbolu għal kull tweet.
Meta wieħed jikteb @ u jżid isem, dan mhux se jkun jgħodd mal-ammont ta’ ittri jew simboli.
Min juża twitter se jkun jista’ jerġa’ jagħmel tweet tiegħu nnifsu u jżid kummentarju ġdid.
Il-kap eżekuttiv ta’ Twitter Jack Dorsey stqarr mal-BBC li l-għan hu li meta n-nies jagħmlu tweet, tkun tagħmel sens.
Mistennija wkoll ikun hemm tibdil fil-mod li bih dawk li jużaw twitter jikkomumikaw bejniethom.