Somalu ta’ tmienja u għoxrin sena residenti l-Marsa weħel sitt xhur ħabs wara li nstab ħati li ta’ fastidju sesswali lil tfajla Maltija. Il-każ seħħ matul il-ġurnata tal-Ħadd ġewwa kumpless tax-xiri fil-Belt Valletta.
Hussen Hassan Abdirahman, tressaq quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella, fejn kien akkużat wkoll li offenda l-morali pubbliċi, li kkawża ġrieħi ħfief lit-tfajla, li kkawża ħsarat fil-mobile tat-tfajla u li kiser il-paċi pubblika.
Abdirahman wieġeb li huwa ħati tal-akkużi kollha miġjuba kontrih u għalekk il-Qorti sabitu ħati u apparti s-sentenza ta’ priġunerija għamlet garanzija ta’ tliet mitt ewro sabiex ma jersaqx lejn il-vittma.