Pulizija ta’ 26 sena minn Naxxar sofra ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku. Illum għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħal-Qormi.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li vettura tat-tip Toyota Yaris misjuqa minn raġel ta’ 45 sena minn Santa Venera kellha mpatt ma’
mutur tat-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-Pulizija l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.