William Agius weħel tliet snin ħabs flimkien ma €3,000 multa wara li ammetta l-akkużi ta’ traffikar ta’ droga. Agius ġie akkużat bi-traffikar ta aktar minn 2,000 pillola extasy f’każ li jmur lura għal Novembru tas-sena 2004.
L-Avukat Joe Giglio, li qed jidher għal Agius talab għax-xhieda ta’ Santina Camilleri mill-Caritas, il-psikologa Mariella Dimech u kif ukoll Peppi Azzopardi.
Dawn se jkunu qed jixhdu dwar il-progress li għamel Agius fit-tlettax -il sena minn mindu seħħ il-każ. F’dawn it-tlettax -il sena William Agius irnexxielu jirriforma ruħhu tant li bis-saħħa ta’ programm ta’ rijabilitazzjoni waqqaf il-vizzju tad-droga u ftit taż-żmien wara waqqaf ukoll il-konsum tax-xorb alkoħoliku kif ukoll is-sigaretti.
Meta rat dan kollu, l-Qorti ppreseduta mill-Mħallef Antonio Mizzi tat il-minimu ta’ tliet snin ħabs flimkien ma multa ta’ €3,000. Il-Qorti ordnat ukoll li jittieħdu nofs l-assi tal-imputat.