Il-Partit Nazzjonalista qal li ġabar €620,000 fil-maratona ġbir ta’ fondi li organizza fil-jum tal-Ħadd. Somma sabiħa li ħadet spinta fl-aħħar sagħtejn b’mod partikolari meta l-Partit Laburista kien qed itemm il-maratona tiegħu li fiha nġabret somma rekord ta’ €611,497.
Fil-fatt wara ġurnata bis-somma tinbidel ftit ftit fl-aħħar siegħa u nofs kien hemm l-intervent ta’ ftit individwi li b’dak li ħabbru taw spinta lis-somma biex anke l-Partit Nazzjonalista ġabar somma sabiħa. Kuntrast mal-Partit Laburista fejn is-somom il-kbar marru bihom il-membri tal-kumitati lokali li terrqu fil-lokalitajiet iħabbtu bieb bieb.
Fost oħrajn Clyde Puli ta madwar €57,000 u Robert Arrigo li ta somma ta’ iktar minn €145,000. Pierre Portelli li daħal bħala Kap Eżekuttiv tal-Media.Link ta €18,000 biex fl-aħħar siegħa l-Partit Nazzjonalista tella’ s-somma tiegħu għal €620,000. Somma sabiħa wkoll li turi kif anke l-PN qed igawdi mis-surplus.