Il-produttur tal-ħalib tat-trabi Lactalis ordnat li jinġabru mas-7,000 tunellata ta’ ħalib fid-dawl ta’ numru każi ta’ Salmonella. Fl-aħħar ġimgħat ġew irrapurtati xejn inqas minn 26 każ ta’ salmonella fost it-trabi li jikkonsmaw dan il-ħalib.
Michael Nalet, kelliem għal-kumpanijia Lactalis qal li mas-7,000 t’elef tunellata minn dan il-ħalib jista jkun contaminat madankollu ma qalx kemm minn dawn inbiegħ fis-suq jew ġie kkunsmat. Lactalis hija waħda mill-akbar kumpaniji internazzjonali li jipproduċu l-ħalib. Huma jipproduċu ħalib f’paketti ta bejn 350g u 950g taħt l-ismijiet Celi, Picot u Milumel. Fost il-pajjiżi milquta hemm l-Ingilterra, il-Bangladesh, iċ-Ċina, l-Pakistan u s-Sudan.