Iż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess se jkun qed jiġi legali fl-Awstralja wara li din il-politika ġiet approvata mill-Kamra tar-Rappreżentanti. Kienu il-maġġor parti tal-Membri Parlamentari li vvutaw favur din il-bidla, tmient ijiem wara r-riżultat simili li ħareġ mid-deċiżjoni tas-Senat.
Kienu persuni fil-Parlament stess li mat-tħabbira tar-riżultat bdew jiċċelebraw, jifirħu u jċapċpu tant li anke bdew ikantaw.
Din l-aħbar se tkun qed iġġib fi tmiema diskussjonijiet qarsa dwar din il-kwistjoni.