Il-Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara li ġaladarba l-persuni suspettati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia jitressqu l-Qorti, il-kumpilazzjoni tax-xhieda mistennija tieħu biss ftit ġimgħat.
Konxju mill-mistoqsijiet li għandu l-pubbliku b’rabta mal-aħħar żviluppi, meta wieġeb il-mistoqsijiet fuq Facebook waqt “Gvern Li Jisma’”, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li għalkemm jixtieq iwieġeb, issa huwa l-mument li wieħed jistenna’ ftit.
Innota l-mod professjonali li l-Forzi tal-Ordni mxew bih fl-aħħar jiem, bi pjan imħejji b’reqqa kbira li wassal biex jiġu arrestati għaxar persuni.